Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Inċidenti fi Buenos Aires hekk kif l-isfilata bit-tazza kellha titwaqqaf

(Ritratt: EPA)

Incidenti fi Buenos Aires bejn il-pulizija u numru kbir ta’ partitarji tal-Arġentina fil-mument meta wara sigħat ta’ stennija għall-isfilata fil-kapitali, kien deciż li l-isfilata titwaqqaf. Madwar sitt miljun partitarju kienu fiċ-ċentru tal-kapitali fi Plaza de Mayo u Plaza Independencia. Il-coach li fuqha kien hemm il-plejers kellha tgħamel 30 kilometru ta’ sfilata. Madankollu wara tlett sigħat ftit li xejn l-isfilata setgħet titkompla. Din twaqqfet u minn flok il-kowċ Lionel Scalconi flimkien ma’ Lionel Messi u Rodrigo de Paul kienu fuq helicopter li beda jdur fuq il-kapitali.

Fl-istess waqt bdew il-protesti minn partitarji li wasslu f’atti ta’ vantaliżmu fil-kapitali Buenos Aires. Claudio Tapia, President tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Argentina xeħet il-ħtija fuq l-awtoritajiet li ddeċidew li jwaqqfu l-isfilata. L-incidenti seħħew minħabba li l-istess partitarji kienu ilhom sigħat jistennew li ssir l-isfilata bit-trofew tat-Tazza tad-Dinja FIFA.