Jikber id-diżgwid f’kull livell tal-Partit Laburista mill-Kabinett tal-Ministri, għall-Grupp Parlamentari Laburista, għal-livelli tat-Tmexxija, u anke fost id-delegati.
Dan hekk kif issa qed joħroġ aktar bic-car illi kienu l-MEP Cyrus Engerer u d-deputat Randolph de Battista l-imħuħ wara l-istrateġija ta’ Robert Abela li jdaħħal l-abort f’pajjiżna – fatt illi ġie żvelat mill-ġurnal In-Nazzjon.
Nies qrib ferm tal-Ministri li tkellmu mal-ġurnal in-Nazzjoni qed jitolbu lil Robert Abela sabiex jagħti spjegazzjoni dwar il-motiv vera tiegħu li jdaħħal l-abort f’Malta … xi ħaġa li ma kinitx imwiegħda fil-Programm Elettorali tal-PL, u filfatt kull darba li qabel l-Elezzjoni l-istess Robert Abela kien mistoqsi dwar dan is-suġġet, hu dejjem sostna li Gvern imexxi minnu qatt ma jilleġisla favur l-abort.
Is-sorsi li tkellmu mal-istess ġurnal staqsew għaliex Robert Abela għażel li jġib din il-qasma fil-Partit Laburista bl-aktar mod kapriċċjuż. U lil min verament ried ipattiha jew iwassal messaġġ b’din il-legislazzjoni li l-poplu ma jaqbilx dwarha.
L-istess sosrsi irrimarkaw kif Cyrus Engerer kien fost il-folla zgħira li barra l-Parlament iċċelebrat il-vot tad-deputati Laburisti li vvutaw favur l-emenda fil-Kodiċi kriminali. Bin-Nazzjon tippubblika l-uċuħ ta’ dawk kollha li fil-Parlament ivvutaw favur.
Minkejja dan il-vot fi stadju ta’ Tieni Qari, Ministri u Deputati tal-Labour li tkellmu man-Nazzjon qed iwissu li din l-istorja mhux se tieqaf hawn, u li Robert Abela għad irid iħallas preżż għoli għal dal li qed igiegħilhom jagħmlu.
//= $special ?>