Lokali

Raġel mill-Imtarfa jweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 37 sena mill-Imtarfa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għargħur.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Erbgħa filgħodu fi Triq Santa Katerina meta għal xi raġuni waqa’ biċċa minn ħajt fuq il-ħaddiem.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.