Elon Musk ikkonferma l-ħsieb li jirriżenja minn Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ Twitter ladarba jsib lil xi ħadd li, fi kliemu, ‘hu fidil biżżejjed biex jassumi din il-kariga.’
Musk, biljunarju li xtara dan is-sit tal-media soċjali għal somma kbira u li s’issa wettaq numru ta’ riformi kontroversjali, wiegħed li jirrispetta r-riżultat ta’ stħarriġ fuq Twitter fejn 58 fil-mija tar-rispondenti qalu li jriduh jitlaq minn Kap Eżekuttiv.
Iżda Elon Mark qal li hu xorta waħda għadu proprjetarju ta’ din l-entità u li tiegħu hi ‘l-aħħar kelma’ fir-rigward tal-impjegati li jmexxu s-software u s-servers tan-network.Ir-riformi li wettaq Musk għal Twitter ilhom żmien suġġetti għal kritika kbira. Intant, mindu xtara dan is-sit f’Ottubru, Musk wasal ukoll biex ikeċċi madwar nofs mill-istaff oriġinali tal-kumpannija.
//= $special ?>

