Coronavirus Lokali Saħħa

19-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 19-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 13-il persuna oħra.

Sfortunatament, bejn il-lejl tal-Erbgħa u l-Ħamis persuna tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk issa l-fatalitajiet jammontaw għal 812.

Bħalissa f’pajjiżna għandna 263 każ attiv.