BIRKIRKARA………………….2
SWIEQI UNITED…………….0
Birkirkara: J. Xuereb; G. Zahra (I. Farrugia 63′), A. Said, S. Farrugia, A. Sultana, R. Giusti, V. Mifsud, C. Zammit, M. Grosso, M. Cardona, S. Saliba (M. Fenech 90′)
Swieqi U: C. Konlan; J. Dimech, D. Theuma, J. Flask, E. Xuereb, F. Peinado, S. Zammit, R. Mendoza, J. Vella Turner (M. Sciberras 84′), J. Schembri, R. Atinga.
Birkirkara huma r-rebbieħa tal-Assikura Super Cup wara li fis-Centenary Stadium għelbu lil Swieqi United 2-0, biż-żewġ gowls jaslu fl-ewwel taqsima permezz ta’ Anne Marie Said u Sara Saliba.
Din kienet l-ewwel Super Cup minn wara l-pandemija bl-aħħar żewġ edizzjonijiet ikunu kkanċellati.
Birkirkara fetħu l-iskor permezz ta’ free kick dirett ta’ Anne Marie Said bil-goalkeeper Cynthia Konlan megħluba għal kollox.
Birkirkara għoddhom irdoppjaw minn free kick dirett ieħor din id-darba mogħti minn Veronique Mifsud li kienet imċaħħda mill-mimduda.
Dorianne Theuma impenjat f’żewġ tentattivi lil Janice Xuereb, bil-goalkeeper tal-Istripes tkun attenta u tilqa’ tajjeb.
Xuereb reġgħet kienet strumentali biex iżżomm lil Birkirkara fil-vantaġġ meta wetqet save tajjeb fuq daqqa ta’ ras ta’ Fernanda Peinado.
Ftit qabel il-mistrieħ kienu Birkirkara li skorjaw it-tieni gowl tagħhom b’gowl minn Sara Saliba.
Fil-bidu tat-tieni taqsima, Saliba reġgħet marret viċin, iżda x-xutt tagħha din id-darba kien milqugħ minn Konlan.
Birkirkara komplew jiddettaw il-logħba, bi Swieqi ma jirnexxielhomx iwettqu reazzjoni biex l-iskor baqa’ dak ta’ 2-0 favur it-tim immexxi minn Jose Borg.
Fi tmiem il-konfront il-President tal-MFA Bjorn Vassallo flimkien mal-Managing Director ta’ Assikura ppreżentaw il-midalji kif ukoll it-tazza tas-Super Cup lil captain ta’ Birkirkara Stephania Farrugia.
