Sport Sport Ieħor

Blackball: Birkirkara Youngsters huma r-rebbieħa tar-Regional Christmas Cup b’rebħa fuq Ħamrun 147 C

F’finali li għall-ewwel kienet waħda missielta, Birkirkara Youngsters assiguraw mir-rebħa fit-tielet parti biex minn parità ta’ 5-5 spiċċaw biex għelbu lil Ħamrun 147 C 11-5 u rebħu r-Regional Christmas Cup.

Ħamrun kellhom vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel parti iżda l-Karkariżi rnexxielhom idawru r-riżultat. Sa tmiem it-tieni parti l-iskor kien dak ta’ 5-5, iżda fit-tielet parti Birkirkara rebħu sitt frames infila biex ġarġu rebbieħa 11-5.

Fi tmiem il-logħba, is-segretarju tal-Malta Blackball Association Christ Busuttil ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Birkirkara Youngsters Troy Zammit.

Sadanittant illejla tintlagħab l-aħħar finali mis-sensiela ta’ turnaments tal-Milied hekk kif fin-National Christmas Trophy, Ħamrun 147 A jilagħbu kontra Valletta Breakwater.