F’Old Trafford, quddiem 63,000 partitarju f’partita kkontrollata minn Graham Scott, b’gowl f’kull taqsima Manchester United għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 2-0.
F’partita li matulha Manchester United kellhom aktar pussess, fis-27 minuta fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Bruno Fernandez lejn Aaron Wan Bussaka li kkrossja lejn Christian Eriksen li għeleb lil Bailey Peacock Farrell. Minkejja reazzjoni minn Burnley rari impenjaw serjament lil Martin Dubravka b’Peacock Farrell isalva fuq Martial qabel tmiem l-ewwel taqsima. Għal kuntrarju fit-tieni taqsima, wara biss tnax il-minuta Manchester United irduppjaw. Minn pass ta’ Scott Tominay kien Marcus Rashford li mill-ġdid għeleb lil Peacock Farrell għal riżultat finali ta’ 2-0.
Riżultati oħra:
Blackburn 1-4 Nottingham Forest
Charlton Athletic 0-0 Brighton (Charlton rebħu 4-2 wara l-għoti tal-penalties)
Logħob għal lum:
21:00 – Manchester City vs Liverpool
//= $special ?>