It-tiġrija tal-Eurosport Birkirkara Saint Joseph fir-rotta ta’ Fleur-de-Lys fuq distanza ta’ 10 kilometri, ġabet fi tmiemha skeda ta’ tlielaq ta’ Birkirkara St Joseph Sports Club.
It-tellieqa ta’ 10 km intrebħet minn Dillon Cassar li żamm pass kostanti mill-bidu tat-tellieqa u vantaġġ komdu fuq Aidan Tanti li kiseb fit-tieni post. Cassar temm id-distanza f’31 minuta u 20 sekonda . Tanti temm il-korsa fi 33 minuta u 13-il sekonda filwaqt li Matthew Borg spiċċa fit-tielet post.
Maria Cutajar rebħet il-kategorija tan-nisa, f’45minuta u 33 sekonda. Roberta Sciberras u Christiana Borg daħlu fit-tieni u tielet post rispettivament.
Ir-rebbieħa tad-distanza ta’ 5k kienu l-atleti Għawdxin Matthew Xuereb u Charla Pia Vella. Xuereb rebaħ f’16-il minuta u 23 sekonda b’distakk ta’ disa’ sekondi fuq Mario Grech, b’ Nigel Puli fit-tielet post.
Carla Pia Vella rebħet il-kategorija tan-nisa f’20 minuta u 28 sekonda qabel il-veterana Carmen Hili u Yasmine McGahern. It-trofej tal-kategoriji Overall u Age Group ingħataw lir-rebbieħa mill-President tal-Club Ray Grech .
//= $special ?>