Lokali

Iċ-Ċentinarju tal-Ewwel Eżekuzzjoni tal-Innu Nazzjonali ta’ Malta

MaltaPost se toħroġ miniature sheet li tfakkar tragward importanti fl-istorja ta’ pajjiżna – dik tal-mitt sena mill-ewwel daqq tal-innu nazzjonali ta’ Malta – L’ Innu Malti. Għall-bidu, l-innu kien magħruf bħala “L-Innu ta’ Malta” u nkiteb f’ forma ta’ talba reliġjuża minn Dun Karm Psaila b’mużika komposta minn Robert Sammut.

Il-bolli fil-miniature sheet huma ta’ daqs 44mm x 31mm, b’perforazzjoni ta’ 13.09 x 14.00 (ċomb) u għandhom watermark bis-salib ta’ Malta. Il-miniature sheet hija ta’ daqs 120mm x 80mm u ġiet ipprintjata bi process offset. Il-ħarġa tikkonsisti fi 15,000 miniature sheet bil-valur ta’ €3 għal kull bolla.

Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f’ Malta u Għawdex minn nhar it-Tlieta 27 ta’ Diċembru 2022. Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq https://www.maltaphilately.com/