Indjan ta’ 32 sena weġġa’ gravi wara inċident li seħħ Ħal Għaxaq l-Erbgħa filgħaxija.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-5:30pm ta’ filgħaxija hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Keeway City Blade misjuq minn Indjan ta’ 32 sena residenti Ħal Għaxaq u Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti Birżebbuġa.
Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u ambulanza ħadet ix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>