Internazzjonali

“L-Ukrajna għadha hawn, u mhux se ċċedi” – Zelensky

“L-Ukrajna għadha hawn… u qatt ma se tirtira, qatt mhu se ċċedi.”

Hekk stqarr il-President tal-Ukrajna Volodmyr Zelensky f’diskors li wassal lill-Kungress Amerikan tard ilbieraħ bil-lejl…bħala parti miż-żjara tiegħu fl-Istati Uniti.

Il-President Ukren intlaqa’ minn ċapċip kbir eżatt x’ħin daħal fil-Kungress fejn insista illi fir-realtà diġà l-Ukrajna għelbet lir-Russja psikoloġikament, hekk kif ħareġ biċ-ċar x’issarraf tassew.

Wara dan id-diskors issoktaw id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi dwar il-mod kif l-Istati Uniti tista’ tassisti lill-Ukrajna, bl-ispeaker tal-kamra Nancy Pelosi tagħti lil Zelensky bandiera tal-Istati Uniti li kienet qed tittajjar fuq il-Capitol ftit tas-sigħat qabel.