Lokali

Malta Public Transport tħabbar servizzi speċjali ta’ ‘night bus’ għal Lejlet l-Ewwel tas-Sena

KitzKlikz.com

Lejlet l-Ewwel tas-Sena hi waħda mill-iljieli l-aktar mistennija tas-sena, b’bosta nies jagħżlu li jiċċelebraw il-lejla mal-familja, ħbieb, u qraba tagħhom fil-Belt Valletta. Biex tilqa’ għal dan l-influss, filwaqt li fl-istess ħin toffri alternattiva ta’ trasport sigur u konvenjenti, Malta Public Transport qed tħabbar is-servizzi speċjali li ġejjin li se jkunu disponibbli fil-lejl tal-31 ta’ Diċembru 2022:

• S10: direzzjoni lejn il-Kalkara u tgħaddi mill-Kottonera l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bay A2 fit-23:30, 00:30, 01:00 u 01:30.

• S20: direzzjoni lejn San Ġwann, Kappara u l-Imsida l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bay A3 fit-23:30, 00:15, 00:45, 01:15, u 01:45.

• S30: direzzjoni lejn il-Mosta u Buġibba se titlaq minn Valletta Bay A4 fit-23:30 u 00:15, 00:35, 00:55, 01:15, 01:35, u 01:55.

• S40: direzzjoni lejn il-Mosta u l-Imġarr il-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bay A6 fit-23:30, 00:15, 00:45, 01:15, u 01:45.

• S41: direzzjoni lejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bay A5 fit-23:30, 00:30, 01:00, u 01:30.

• S50: direzzjoni lejn ir-Rabat u Ħad-Dingli l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bay A7 fit-23:30, 00:15, 00:45, 01:15, u 01:45.

• S60: direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi l-karozza tal-linja se titlaq min Valletta Bay A8 fit-23:30, 00:30, 01:00, u 01:30.

• S70: direzzjoni lejn iż-Żurrieq u l-Imqabba l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bay A9 fit-23:30, 00:15, 00:45, 01:15, u 01:45.

• S80: direzzjoni lejn Birżebbuġa, Gudja u Ħal Għaxaq il-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bay A10 fit-23:30, 00:30, 01:00, u 01:30.

• S90: direzzjoni lejn Ħaż-Żabbar u Marsaskala l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bay A11 fit-23:30, 00:15, 00:45, 01:15, u 01:45.

• N13: direzzjoni lejn Tas-Sliema u Paceville l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bays A12-13 – servizz normalment skedat fit-23:10, 23:25, 23:40, 23:55, 00:10, 00:25, 00:40, 00 :55, 01:10, 01:25, u 01:40.

• S13: direzzjoni lejn San Ġiljan u Pembroke l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bays A12-13 – 23:30, 00:15, 00:30, 00:45, 01:00, 01:15, 01:30, u 01:45.

• S212: direzzjoni lejn Tas-Sliema, Coast Road u Buġibba l-karozza tal-linja se titlaq minn Valletta Bays A14 – fil-23:30, 00:15, 00:45, 01:15, u 01:45.

• S212: direzzjoni lejn il-Belt il-karozza tal-linja se titlaq minn Buġibba – fil-23:30, 00:15, 00:45, 01:15, u 01:45.

Għal aktar tagħrif il-klijenti jistgħu jżuru www.publictransport.com.mt. Il-klijenti jistgħu jaċċessaw informazzjoni tal-karozzi tal-linja f’ħin reali minn kwalunkwe bus stop f’Malta u Għawdex billi jniżżlu l-App tal-linja mill-App Store jew Google Play Store.

Malta Public Transport tixtieq tfakkar lill-pubbliku li s-Servizzi Speċjali, inkluż is-servizz tat-trasport speċjali li jopera lejlet l-Ewwel tas-Sena, huma inklużi fl-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn. Sabiex wieħed jibbenefikaw mit-trasport pubbliku b’xejn, il-passiġġieri huma meħtieġa li jkollhom Tallinja Card personalizzata valida u jgħadduha mal-magna tal-biljetti kull darba li jitilgħu fuq il-karozza tal-linja. Passiġġieri mingħajr Tallinja Cards iridu jixtru l-biljett tagħhom abbord il-karozza tal-linja.