Futbol Sport

Pele se jqatta’ l-Milied l-isptar

(Ritratt: EPA)

Skont stqarrija ta’ Sao Paulo Hospital, il-kundizzjoni tal-kanċer ta’ Pele sejra għall-agħar, bil-kanċer dejjem javvanza, madankollu t-tobba stqarru li Pele kellu rispons tajjeb għat-trattament u bħalissa jinsab taħt valutazzjoni tat-trattament tal-kimoterapija.

Dan ikkonfermatu t-tifla tiegħu, Kely Nascimento permezz tal-midja soċjali fejn ikkonfermat ukoll li Pele se jkollu jqatta’ l-Milied l-isptar.

Pele ilu l-isptar sa mill-bidu ta’ Diċembru, madankollu huwa beda t-trattament tiegħu għall-kanċer f’Settembru tal-2021, fejn dakinhar kellu l-ewwel operazzjoni tiegħu fejn kellu tumur imneħħi mill-kolon.

Pele huwa magħruf bħala wieħed mill-aħjar plejers tal-futbol ta’ kull żmien u huwa wkoll l-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Brażiljan b’77 gowl minn 92 partita.

Hu għen lil pajjiżu jirbħu tlett Tazzi tad-Dinja, li waslu fl-1958, 1962 u 1970