Futbol Sport

Rapporti: Ronaldo viċin ftehim biex imur jilgħab fl-Arabja Sawdija….iżda mhux biss

Skond il-‘Marca’ fi Spanja, Cristiano Ronaldo jinsab viċin li jaċċetta kuntratt multi miljunarju ta’seba’ snin mal-klabb mill-Arabja Sawdija Al-Nassr.

Kif diġà kien irrapurtat, Ronaldo, li għandu 37 sena mistenni jieħu €200 miljun fis-sena, bl-ewwel sentejn u nofs ikunu bħala plejer biex imbagħad jieħu l-irwol ta’ ambaxxatur bil-għan li jwassal biex l-Arabja Sawdija tirbaħ id-dritt li torganizza t-Tazza tad-Dinja tal-2030.