Lokali

Żewġ tfajliet infurmaw lill-Pulizija li Abner Aquilina kien jintimidahom fuq Instagram

Żewġ tfajliet li xtaqu jibqgħu anonimi qalu lill-Pulizija li Abner Aquilina mixli bil-qtil ta’ tfajla Pollakka fil-bidu ta’ din is-sena kien jibgħatilhom messaġġi ta’ intimidazzjoni fuq Instagram. Sadanittant irriżulta li dak inhar stess li nqatlet kellha tħallas għal estensjoni biex tibqa fil-hostel fejn kienet tgħix sal-15 ta’ Jannar.

Dan ħareġ mix-xhieda tas-Surġent Malcolm Pace mill-iskwadra tal-omiċidji meta quddiem il-Maġistrat Marse-Anne Farrugia kompliet il-kumpilazzjoni b’rabta ma’ dan il-qtil. Abner Aquilina ta’ 21 sena miż-Żejtun qed iwieġeb mhux ħati li qatel lil Paulina Dembska, Pollakka ta’ 29 sena fi Ġnien Indipendenza tas-Sliema fil-jum tal-Ħadd tat-2 ta’ Jannar li għadda hekk kif l-istudenta kienet qed titma’ l-qtates fil-ġnien, xi ħaġa li kienen tħobb tagħmel.

Aquilina qed jiġi mixli li wettaq l-omiċidju bejn l-4.00am u s-6.00 am, li stupra lill-vittma, sskwestra kontra l-volontà tagħha u li ġiegħla tagħmel xi ħaġa li toffendi il-pudur tagħha. Is-Surġent Pace li ppreżenta fil-Qorti numru ta’ ritratti li huwa ħa tal-vittma f’Tas-Sliema u tal-hostel fejn kienet toqgħod li jinkludu l-kamra tas-sodda fejn kienet alloġġata l-vittma. Huwa preżenti wkoll sett ta’ ċwievet li kienu nstabu fuq l-imputat.

Pace qal li fil-jum tal-Ħadd ta’ Jannar 2 ta’ Jannar għall-ħabta tas-7.15a.m kien ġie nfurmat li Triq it-Torri kien instab katavru tas-sess femminili. Tenna li hu Shawn Pawney marru fuq il-post kien hemm diversi uffiċjali fosthom Pulizija tad-Distrett fosthom l-Ispettur Jonathan Ransley. Kien hemm ukoll l-Ispettur Wayne Camillieri mill-iskwadra tal-omiċidiji. Sostna li meta mar fuq il-post ix-xena tar-reat kienet diġa preservata u hemm kien hemm il-ġisem bla ħajja tal-vittma li kien mgħot b’liżar.

Ix-xhud qal li wara rriżulta li t-tfajla kienet Paulina Dembska u dan wara li nstabu d-dokumenti tagħha fostjom il-karta tal-identita u li kienet toqgħod f’hostel Sliema. Huwa ngħata struzzjonijiet mill-Ispettur Shawn Pawney biex imur fi Triq Piju 5 f’Tas-Sliema stess. Huwa mar hemm mas-Surġent Nathan Gatt, li jisimha Two Pillows.

Qal li hemm kien kellem lir-recepitionsit li kiene Spanjola li kkonfermat l-identita tal-vittma u li kienet residenti fil-hostel. Huwa kien infurmat li kienet ilha hemm minn Ottubru tas-sena 2021 u li ma kinitx l-ewwel darba li kienet alloġġata fil-hostel u kienet ħafna familjari mal-impjegati tal-hostel.

Ix-xhud talab lil receptionist tal-hostel biex tqabbdu ma’ sid il-hostel li huwa Malti u huwa wara talbu biex ikellmu. Ix-xhud qal li kien infurmat li l-vittma kienet għamlet estensjoni biex tibqa’ toqgħod fil-hostel sal-15 ta’ Jannar, u fil-fatt dak inhar tal-qtil tagħha hija kellha tħallas għall-kumplament tal-estensjoni.

Is-Surġent Pace qal li kien staqsa dwar il-kamra fejn kienet tabita l-vittma u li ġie nfurmat li kienet fl-ewwel sular. Meta hu l-Kuntistabbli u Clayton Gatt sabu tliet persuni maskili fil-kamra fejn saru jafu li kien hemm ieħor li ma kienx hemm dak il-ħin. Brittaniku, Ġermaniż, Belġjan kienu fil-post filwaqt li dak li ma kienx hemm dak il-ħin kien ukoll Ġermaniż.

Il-Belġjan qalilhom li l-aħħar li kien raha s-Sibt fl-ewwel tas-sena fit-8pm kif ħarġet mill-kamra. Waqt li kienu fil-kamra x-xhud ġie muri s-sodda tal-vittma u l-affarijiet personali tagħha u ħa ritratti bil-mobile, Huwa kien ingħata struzzjonijiet biex ma jintmiss xejn, u l-erba’ rġiel li kienu jgħixu mal-vittma kienu mitluba jittieħdu fid-depot biex jagħtu x-xhieda tagħhom.

Il-kamra tal-hostel li ġiet spezzjonata kienet baqgħet iimsakkra u Pulizija kien ordnat joqgħod magħha fixed piont. Sadanittant id-duty receptionist qal lix-xhud li matul il-lejl sema’ xi storbju għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu niżel fiċ-‘chill room’.

Qal li Demsbka kienet fil-kumpanija ta’ Kolumbjan u kellhom flixkun tal-alkoħol quddiemhom u bdew jixorbu. Id-duty receptionsit talab lill-ġuvni biex joħroġ peress li hemm policy li persuni li ma jkunux alloġġati fil-‘hostel’ ma jistgħux joqgħodu hemm.

Dawn kienu ħarġu mill-hostel għall-ħabta tas-2.30am u dawn ma deherux aktar sakemm spiċ1 n-‘nigħt shift’ tiegħu. Pace qal lill-Qorti li ħa ritratti taċ-chill room u wara kien ġie identifkat ir-raġel li kien fiċ-“chill room’ li kien Kolumbjan fejn dan kien mitkellem fid-depot tal-Pulizija,

Is-Surġent Pace qal li hwa kien qed jagħraf lill-impuat fl-awla għax kien parti mill-iskorta meta tressaq il-Qorti b’arrest fit-13 ta’ Jannar. Kien ġie eskortat minnu wkoll fil-Faċilit Korrettiva ta; Kordin. Xehed ukoll is-Surġent Darren Debattista li ġibed 42 ritratt bil-kulur tax-xena tar-reat filwaqt li l-Kuntistabbli Clayton Gatt li kien għal ħafna ħin mas-Surġent Matthew Pace ta l-istess xhieda li ta s-superjur tiegħu.

Sandro Mamo, 12 ta’ Jannar marru jarrestaw permezz ta’ mandat ta’ arrest lil Abner Aquilina l0isptar Monte Carmeli wara li kien ġei rilaxxat u skortawh fil-lock up il-Floaina.

Is-Supretendent Keith Arnaud, l-Ispettur Shawn Pawney, Jonathan Ransley u Wayne Camilleri qed imexxu l-Prosekuzzjoni, mgħejjuna mill-Avukati Anthony Vella u Darlene Grima, li qed jidhru għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li l-Avukat Mario Mifsud qed jidher għall-imputat u l-Avukat Stefano Filletti qed jidher għall-parte civile.