Carabao Cup: Manchester City 3-2 Liverpool
Gowls u azzjonijiet kontinwi kienu l-ingredjenti f’partita mill-isbaħ f’ġurnata oħra tal-Carabao Cup bejn Manchester Ciry u Liverpool fl-Etihad Stadium.
Wara biss 10 minuti minn azzjoni ta’ Kevin De Bruyne kien Erling Haaland li għeleb lil Caoimhin Kelleher. Reazzjoni mmedjata minn Liverpool li fl-20 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Fabio Carvalho li minn azzjoni ta’ James Milner għeleb lil Stefan Ortega għal 1-1, riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima.
Fis-47 minuta minn azzjoni ta’ Rodri kien Riyad Mahrez li għamel l-iskor 2-1 għal Manchester City. Minuta wara iżda minn azzjoni ta’ Darwin Nunez kien Mohamed Salah li għeleb lil Ortega biex reġa’ ġab l-iskor indaqs.
Reazzjoni minn Manchester City li għaxar minuti wara minn pass ta’ Kevin De Bruyne kien Nathan Ake li għeleb lil Kelleher bl-iskor isir 3-2 . Fid-79 minuta Rodri u Fabinho spiċċaw it-tnejn ammoniti minn David Coote u minuti wara Naby Keita fejn b’Liverpool aktar fil-partita Manchester City żammew il-vantaġġ minimu u post garantit fir-rawnd li jmiss tal-Caraboa Cup.
//= $special ?>