Kien tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra, meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm
bżonn l-assistenza f’binja fix-Xatt ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-Pulizija minnufih marru fuq il-post fejn instab Ingliż ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar
b’xi ġrieħi wara li waqa’ meta ċedew xi xorok.
Fuq il post waslu tim mediku li ta l-assistenza lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.