Internazzjonali

L-Ingilterra: ‘Milied mhux tas-soltu mingħajr ir-Reġina’

Dan il-Milied se jinħass differenti ħafna għall-Familja Rjali fin-nuqqas tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni. Hekk sostniet il-Principessa ta’ Wales, Kate Middleton, f’messaġġ irrekordjat illi se jixxandar fis-serata ‘Together at Christmas’.

Kate Middleton fakkret kemm ir-Reġina Eliżabetta II kienet iżomm il-Milied f’qalbha, u kemm dan kien żmien speċjali għaliha u għall-Familja Rjali.

Intant hi sostniet li hu propju għalhekk li dan il-Milied se jinħass ferm differenti wara l-mewt tal-istess Reġina.

‘Together for Christmas’ kien prodott għat-televiżjoni aktar kmieni dan ix-xahar, u għal din is-serata attendew 1,800 persuna f’Westminster Abbey. Ix-xandira se titwassal fuq ITV Lejlet il-Milied.