Sport Sport Ieħor

L-Ingliżi nkurunati bħala champions tal-Gran Brittanja b’rebħa ta’ Dan Evans fuq Andy Murray

(Ritratt: EPA)

l-plejer Ingliż Dan Evans għeleb lill-Iskoċċiż Andy Murray hekk kif l-Ingilterra ġew inkurunati bħala champions tal-Brittanja.

L-iskor finali tal-kompetizzjoni kien ta’ 8-4 favur l-Ingliżi.

Evans, li huwa kklasifikat bħala t-tieni l-aħjar plejer fil-Brittanja ħareġ rebbieħ f’żewġ rawnds minn tlieta, fejn l-iskors kienu 6-4, 3-6, 10-8.  Ir-rebħa ta’ Evans poġġiet lil-Ingliżi fil-vantaġġ ta’5-1, u kull ma kellhom bżonn rebħa oħra sabiex jikkonfermaw it-titlu f’Aberdeen. Kien Paul Jubb li kkonferma r-rebħa Ingliża b’rebħa missielta kontra l-Iskoċċiż Aidan McHugh.

 Fil-partiti l-oħra, Neal Skupski u Paul Jubb tal-Ingilterra għelbu lil Jamie Murray u Jonny O’Mara fil-kategorija tad-doubles, bl-iskor finali jkun ta’ 6-4, 5-7, 10-6.

Fl-aħħar partita tal-kompetizzjoni, l-aħwa Murray tal-Iskozja kisbu rebħa fuq Evans u Skupski fil-kategorija tad-doubles, madankollu din ir-rebħa swiet biss bħala konsolazzjoni.