Il-Malta Chamber Foundation għamlet numru ta’ inizzjattivi biex tgħin lill-Ukreni li kellhom jaħarbu minn pajjiżhom kawża tal-gwerra li ilha għaddejja x-xhur.
Fost l-inizjattivi li saru hemm id-donazzjonijiet ta’ eluf ta’ ewro biex jingħataw lil dawk fil-bżonn.
Il-Fondazzjoni ħadmet ukoll biex l-Ukreni f’pajjiżna jibdew jitgħalmu l-Ingliż u b’hekk ikunu jistgħu jaddattaw aħjar fil-ħajja ta’ kuljum. Dan se jkun qed iwassal biex ikunu jistgħu jsibu xogħol u anke jibnu relazzjonijiet ġodda f’pajjiżna.
L-Ukreni kollha li waslu jew għad iridu jiġu f’Malta qed ikunu mgħejjuna bl-aħjar mod mill-Fondazzjoni biex jaddattaw bl-aħjar mod sakemm il-gwerra f’pajjiżhom tiġi fi tmiemha.
//= $special ?>