Futbol Sport

Malta titla’ post fir-rankings tal-FIFA

It-tim nazzjonali Malti tejjeb b’post il-pożizzjoni tiegħu fir-rankings dinjija tal-FIFA, biex issa Malta tinsab fil-167 post minn madwar id-dinja.

Fl-Ewropa, pajjiżna jibqa’ jokkupa l-51 post tar-rankings.Ir-rankings aġġornati kienu pubblikati iktar kmieni llum u saru abbażi tar-riżultati miksuba minn Ottubru.

Matul dan il-perjodu, pajjiżna kiseb draw ta’ 2-2 kontra l-Greċja u rreġistra telfa minima ta’ 1-0 kontra l-Irlanda.Pajjiżna issa jmissu jilgħab kontra l-Maċedonja ta’ Fuq, fit-23 ta’ Marzu, u kontra l-Italja fis-26 ta’ Marzu.

Dawn il-logħob jimmarkaw id-debutt ta’ Michele Marcolini fi Grupp C mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA EURO.