Iċ-ċerimonja uffiċjali tal-għoti tal-premjijiet ta’ Mr Riley Snack Attack Art Competition saret fil-21 ta’ Diċembru fil-kwartieri ġenerali ta’ Rimus Riley Ltd. fiż-Żejtun. Bernice Micallef, id-direttur maniġerjali ta’ Communiqué, l-aġenzija tal-marketing kreattiv li ħadet ħsieb il-kompetizzjoni, qalet li tinsab tassew grata li kellha din l-opportunità li turi l-livell għoli ta’ talent artistiku hawn Malta. Hija saħqet li l-ġurija kienu tassew impressjonati bl-istandard tas-sottomissjonijiet li rċevew. Il-proċess tal-għażla ta’ tliet rebbieħa għal kull kategorija (13–16/17+) kien ċertament sfida, iżda fl-aħħar ilkoll qablu dwar ir-rebbieħa, li kollha għaqqdu ideat uniċi ma’ immaġini b’saħħithom tad-ditta.”
Is-sottomissjonijiet kienu jinkludu comic strip li turi l-battalja ta’ Mr Riley biex isalva l-prinċipessa tal-patata fuq il-pjaneta tal-patata (minn Stefan Agius, it-3 premju, kategorija 17+), id-dinja meraviljuża ta’ Mr Riley mill-lenti t’astronawta (Jean Claude Debattista, it-2 premju), kategorija 13–16) u l-vjaġġ ta’ Mr Riley fl-ispazju b’pakkett French Fries (Kathleen Flask, l-1 premju, kategorija 17+).
Fil-kategorija 13–16, ir-rebbieħa u l-premjijiet kienu dawn li ġejjin:
L–1 premju: Wacom Intuos medium drawing tablet — Julia Grech Lupi, 15-il sena
It-2 premju: €100 vawċer għal prodotti tal-arti m’għand VEEGEEBEE — Jean Claude Debattista, 14-il sena
It-3 premju: €60 vawċer għal prodotti tal-arti m’għand VEEGEEBEE — Jayme Hili, 13-il sena
Fil-kategorija 17+, ir-rebbieħa kienu dawn li ġejjin:
L-1 premju: Wacom One Creative 13” display graphics tablet — Kathleen Flask, 17-il sena
It-2 premju: Wacom Intuos Pro medium graphics tablet — Naomi Gatt, 33 sena
It-3 premju: Wacom Intuos M medium graphics tablet— Stefan Agius, 40 sena
Mr Riley irċieva tant disinji mill-aqwa li ddeċieda li jniedi vot pubbliku biex jagħti ċ-ċans lis-sottomissjonijiet li kien fadal jirbħu premju wkoll. B’kollox, se jkun qed joffri sitt premjijiet oħra għal kull kategorija lix-xogħlijiet tal-arti bl-ogħla numru ta’ voti tal-pubbliku.
Bernice Micallef ħeġġet lill-parteċipanti kollha li fadal biex jaqsmu x-xogħol artistiku tagħhom fuq il-midja soċjali, waqt li jitteggjaw lil Mr Riley fil-posts tagħhom. Hi spjegat kif kull xogħol artistiku għandu numru ħdejh fuq il-pjattaforma tal-votazzjoni, għalhekk kull parteċipant għandu jinkludi dak in-numru fil-post tiegħu biex jagħmilha aktar faċli għall-ħbieb u l-familja biex jivvutaw. Fakkret ukoll li s-sottomissjonijiet tal-vot jistgħu isiru darba biss.
Il-pubbliku jista’ jaċċessa l-pjattaforma tal-votazzjoni hawnhekk:
Kategorija 17+ sena: https://contest.app.do/public-vote-mr-riley-snack-attack-art-competition-17
Kategorija 13 – 16-il sena: https://contest.app.do/public-vote-mr-riley-snack-attack-art-competition
Ritratt ta’ fuq, mix-xellug għal-lemin: Naomi Gatt, Kathleen Flask, Stefan Agius, is-Sur Riley, Julia Grech Lupi, Jayme Hili u Jean Claude Debattista
//= $special ?>