Il-Ministru tal-isport ta’ Franza Amelie Oudea-Castera akkużat lill-plejers Arġentini bħala rebbieħa vulgari u ineleganti, wara li għamlu xi ċajt vulgari fuq l-istilla ta’ Franza Kylian Mbappe waqt il-parata u ċ-ċelebrazzjonijiet mal-partitarji.
Oudea-Castera sepċifikament identifikat lill-goalkeeper Emiliano Martinez minħabba xi ġesti mhux morali li għamel, fejn anka deher li kien qiegħed iżomm ġugarell b’forma ta’ tarbija b’wicc Mbappe fuqha. Ħafna jaħsbu li Martinez għamel dan il-ġest minħabba l-battibekk li kellhom iż-żewġ plejers qabel il-finali fejn Martinez irrisponda għall-kritika li għamel Mbappe fuq il-livell tal-futbol tal-Amerika t’Isfel.
Apparti minnhekk, it-tim Arġentin instemgħu jkantaw xi kanzunetti vulgari kontra Mbappe wara l-partita.
Oudear-Castera kompliet żżid li tinsab kuntenta li l-president tal-Federazzjoni Franċiża tal-Futbol, Noel Le Graet kiteb lil-kontroparti Arġentin tiegħu u president tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Arġentina, Claudio Tapia biex jilmenta li jemmen li kien hemm ċelebrazzjonijiet żejda u vulgari.
//= $special ?>