Lokali

Persuna l-Isptar wara argument jaħraq f’Bormla

Argument jaħraq li beda f’Bormla wassal biex numru ta’ persuni qed isofru minn xi ġrieħi kawża ta’ dan.

Għall-ħabta tat-3:10pm, il-Pulizija ġiet imsejħa f’Xatt ta’ Bormla.

Tim mediku b’ambulanza ssejħu wkoll fil-post biex jagħtu l-assistenza tagħhom fejn hemmhekk ħadu persuna nvoluta fil-ġlieda għal iktar kura fl-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-argument. Persuni li tkelmu ma’ Net News qalu magħna kif fl-argument saħansitra ntużaw armi li jaqtgħu u bil-ponta.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.