Lokali

Tinġabar somma mill-isbaħ mill-Membri Parlamentari għal Puttinu Cares

Attività sportiva li saret mill-Membri Parlamentari wasslet biex ġiet ippreżentata somma mill-isbaħ ta’ €3,070 għal Puttinu Cares.

Fl-aħħar ġimgħat saret attività mill-Membri Parlamentari bil-kollaborazzjoni tal-Malta Futsal Association u l-Malta Netball Association fejn ġew irkantati wkoll xi oġġetti relatati mal-isport.

Il-fondi ġew ippreżentati mill-Whip tal-PN, Robert Cutajar u l-Whip tal-PL, Andy Ellul flimkien ma’ uffiċjal tal-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Futsal, Stefan Cutajar.