Ewropa

F’Pariġi jinqala’ t-tilwim bejn dimostranti Kurdi u l-Pulizija

Is-Sibt waranofsinhar, eżatt wara dimostrazzjoni f’ġieħ it-tliet persuni maqtula l-Ġimgħa f’Pariġi, għadd ta’ dimostranti Kurdi xegħlu xi gassijiet u tefgħu xi oġġetti lejn għadd ta’ negozji u l-pulizija.

Dan kollu kkawża tilwim bejn id-dimostranti u l-pulizija, bil-pulizija tkun kostretta titfa’ wkoll il-gass tad-dmugħ.

L-attakk tal-Ġimgħa seħħ viċin ċentru kulturali tal-Kurdi – bil-pulizija twieġeb malajr għal dan il-każ xokkanti, fejn arrestat lil suspettat li għandu 69 sena. Dan ir-raġel, li spiċċa midrub fil-konfront mal-pulizija, bħalissa qed jgħin lill-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet.