Mal-200 miljun Amerikan qed iħossu l-impatt ta’ kesħa severa fejn minn tal-anqas 20 persuna tilfu ħajjithom. B’4 persuni mietu waqt inċident stradali bejn 46 vettura.
L-imwiet ġew irrapurtati f’Oklahoma, Tennessee u Kentucky.
‘Il fuq minn miljun persuna jinsabu bla provvista tal-elettriku, filwaqt li tħassru ammont sostanzjali ta’ titjiriet minn u lejn l-Istati Uniti u l-Kanada. Kien hemm episodji fejn ajruplan kważi ma setax jinżel fuq l-art minħabba rwiefen kbar.
Infatti kmieni s-Sibt filgħodu ħarġet twssija fuq l-ivvjaġar, bl-awtoritajiet jgħidu li huwa impossibbli li tivvjaġa.
Il-maltempata ta’ borra tinsab mifruxa fuq 2,000 mil, minn Quebec u Texas.
L-awtoritajiet fl-Istati Uniti u l-Kanada qed iħeġġu lin-nies biex ma joħorġux mid-djar tagħhom, jagħmlu ftit moviment u ma jżommu lilhom infushom sħan bl-aqwa mod possibbli.
F’numru ta’ bliet li jmissu mal-Atlantiku qed jesperjenzaw temperaturi baxxi ta’ 45 grad celcius taħt iz-zero.
Rapporti qed jgħidu li f’South Dakota, in-Native Americans ħarqu anki l-ħwejjeġ wara li spiċċaw bla ebda materjal ieħor x’jistgħu jaħarqu biex iżommu lilhom infushom sħan.
Min-naħa l-oħra, il-Gvernatur ta’ New York ħareġ fit-toroq l-armata biex tgħin lill-pubbliku. Iċ-ċentru ta’ New York fl-aħħar sigħat inħakem minn maltempata kbira ta’ borra….
Il-Gvernatur qal li mas-70 suldat jinsabu f’zoni partikolari biex jassistu lin-nies, speċjalment biex jittieħdu l-isptar. Intant fl-inħawi ta’ Portland kien hemm min ħataf l-opportunità u ħareġ jiskejtja fit-toroq friżati.
//= $special ?>