Raġel ta’ 30 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ gravi hekk kif intlaqat mill-vann tiegħu stess fil-garaxx.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa, għall-ħabta tat-8:00pm ta’ filgħaxija hekk kif il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’garaxx fi Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li vann Toyota Dyna, niżel b’lura waqt li x-xufier kien qiegħed jiftaħ il-bibien tal-garaxx. Konsegwenza t’hekk huwa ntlaqat mill-vann.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku assistew lir-raġel li ftit wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>