Fil-Milied tas-sena 1914 madwar 100,000 suldat mill-kamp Brittaniku li kien jinkludu bosta Skoċċiżi u truppi Ġermanizi waqfu mill-ġlied tul il-fruntiera tal-punent…. dan sar fil-jum tal-Milied u anki għal jiem ta’ wara….
Madankollu dan l-istess trattat li kien biss bil-fomm kien ħoloq kontroverzja kbira fost il-mexxejja… b’ħafna suldati jirrifjutaw wara jiġġieldu… fejn il-mexxejja kienu kostretti li jibgħatu lil dawn is-suldati jiġġieldu band’oħra.
Fl-aħħar snin kien hemm bosta storiċi li daħlu f’aktar dettall dwar dan l-avveniment. Jingħad li l-Papa Benedittu XV li kien leħaq Papa ftit xhur qabel, kien appella biex il-ġlied jieqaf fi żmien il-Milied, iżda f’dak il-perjodu l-ebda stat ma ried li dan isir. Kitbiet qalu li t-trattat daħal fis-seħħ minħabba dan l-appell tal-Papa, madankollu ma nstab l-ebda dokument li juri dan.
L-ewwel ‘trattat’ informali tal-Milied kien mija u tmien snin ilu, fejn beda kollox meta lejliet il-Milied is-suldati Ġermaniżi ħarġu numru ta’ siġar tal-Milied madwar it-trinek tagħhom. F’dik l-istess lejla il-Ġermaniżi wkoll ħargu numru ta’ xemgħat u bdew ikantaw innijiet tal-Milied. Min-naħa l-oħra l-Brittaniċi bdew ikantaw l-innijiet tagħhom u ftit wara dawn iż-żewġ naħat ħarġu mit-trinek tagħhom u bdew isselmu u jagħtu l-awgurju l-xulxin.
Ftit wara dan, xi suldati miż-żewġ naħat qasmu fl-art magħrufa bħala n-‘no man’s land’ u qasmu bejniethom xi rigali li kienu f’forom ta’ tifkiriet bħall-buttuni u kpiepel, ikel, sigaretti u alkoħol u kif ukoll kantaw xi innijiet flimkien.
Storiċi qalu li dan kien seħħ f’numru ta’ bnadi, iżda mhux kullimkien, hekk kif kien hemm tentattivi li wieħed jagħti l-awgurju, iżda ġie maqtul mal-ewwel tentattiv.
Is-sena ta’ wara, ftit unitajiet irranġaw il-waqfien mill-ġlied fi żmien il-Milied; dan minħabba ordnijiet miktubin bi kliem iebes mill-kmandanti għolja taż-żewġ naħat li pprojbixxu kull tip ta’ waqfien mill-ġlied fi żmien il-Milied. Ħafna jirreferu għat-trattat tal-Milied tal-1914, bħala mument simboliku ta’ paci fl-umanità, f’nofs waħda mill-aktar avvenimenti vjolenti tal-istorja tal-bniedem… fejn akkost forsi nuqqas ta’ qbil mill-istoriċi dwar l-impatt li dan ħalla fuq il-gwerra, kienu ħafna li fil-konklużjoni tal-analiżi li wettqu, dan it-trattat huwa xhieda ta’ kemm il-bniedem għandu għatx għall-paċi.
//= $special ?>