Il-Milied sinonimu ma’ ħafna affarijiet differenti. Min jaħseb fit-tiżjin, min jaħseb fl-ikliet, min jaħseb fir-rigali. Għal oħrajn, dan iż-żmien ta’ festi jfisser ħruġ mal-ħbieb, il-quddiesa tradizzjonali ta’ nofs il-lejl kif ukoll l-għaqda li jġib fil-familji.
Iżda żgur li wieħed ma jistax jinsa l-ikel u l-ħelu tradizzjonali ta’ dan iż-żmien. Minn qagħaq tal-għasel, għall-kejk u t-torta tal-lewż, u l-christmas log. Ħelu li ħafna jfittxuh.
Żmien li miegħu jġib ħafna xogħol u preparazzjonijiet ta’ ġimgħat sħaħ għal diversi ħwienet tal-ħelu u kumpaniji; liema xogħol ngħata spinta mill-ġdid wara l-aħħar sentejn minħabba l-effetti tal-pandemija… kif jispjegalna Vince Saffret ta’ Dolceria Barigozzi.
Saqsejna lid-dulċiera jekk il-ħelu tradizzjoni Malti inqatax biex minfloku n-nies jagħżlu ħelu ieħor. Iżda m’hemmx xi ikel partikolari li n-nies ifittxu iktar minn oħrajn.
Fl-aħħar jiem, żorna wkoll fabbrika li tagħmel il-ħelu fuq skala ħafna ikbar liema xogħol xorta waħda jsir bl-idejn minflok bil-magni.
Id-direttur tal-kumanija Maypole, James Debono spjegalna li dan iż-żmien jirrekjedi ħafna xogħol u dedikazzjoni.
Milied wara ieħor, dan il-ħelu jibqa’ mfittex minn ħafna.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>