Fl-lejliet il-Milied, hija tradizzjoni li l-familji jinġabru fil-Knejjes sabiex jesperjenżaw il-velja tal-Milied, segwita mil-prietka tal-Milied u l-Quddiesa solenni ta’ Nofsilejl.
Net News żar il-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara u tkellem ma’ Fr Charlo Muscat, fejn spjegalna li din is-sena l-Velja tal-Milied bl-isem ‘Maxtura vojta’ se tibda’ għal ħabta tal- 10.45pm fejn grupp ta’ zgħazagħ se jirriflettu fuq it-tema li maxtura ma jħalluhiex votja….iżda jimlewha bl-imħabba ta’ Ġesu.
Net News tkellem ukoll ma’ Maurizio Gauci, volontier li jgħin bi ħġaru lil din il-paroċċa, fejn spjega fid-dettal it-tema li se titratta il-prietka tal-Milied ta’ din is-sena u semma’ wkoll użanza ħelwa li ssir f’din il-paroċċa biss.
F’kummenti lil dan l-istazzjon, Anthony u Marion Cardona, il-koppja li ilhom jieħdu ħsieb din il-prietka tal-Milied għal dawn l-aħħar 14–il sena, qasmu magħna t-teknika li juzaw mat-tfal sabiex jgħallmuhom l-prietka tal-Milied .. li bħal ma kulħadd jaf tkun twila ħafna u mhux faċli li tifel jew tifla ta’ 9 snin jiftakarha kollha, bejn bl-eċitament li jaħkem dak il-ħin u bejn il-folla ta’ nies li tkun qed tistenna bi ħġara l-prietka tal-Milied.
Ma setax jonqos li nitkellmu ukoll mal-abbatini li se jagħmlu l-prietka tal-Milied għal-ewwel darba din is-sena, fejn b’kollox ser ikunu sitta – Francesco Leonardi Bonett, Nathan Sammut, Pearl Bezzina Fiott, Gig Baldacchino, Julienne Schembri u Alishia Farrugia.
//= $special ?>