Din is-sena, il-membri u l-helpers tal-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika San Bartilmew ramaw il-faċċata tal-każin, li tinsab fil-pjazza prinċipali tal-Għargħur, b’tiżjin addattat għal dawn il-festi.
Il-faċċata li hi 52 pied wiesgħa ġiet miksija kollha b’dawl “neopixel” b’sistema ta’ dawl sinkronizzat mal-mużika. Dan is show jikkonsisti f’total ta’ 8 diski, b’show ta’ madwar 30 minuta li jiffoka fuq diski tal-Milied kif ukoll diski moderni.
Dan ix-show qed jintwera kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd fil-5:30, 7:00 u fit-8:30 ta’ filgħaxijja. Għal dan it-tiżjin, il-Kumitat ngħata premju mill-Malta Record ta’ l-iktar faċċata armata b’dawl neopixel sinkronizzata mal-mużika b’total ta’ 6,200 “neopixel LEDs”.
Dan l-ispettaklu hu frott ta’ xogħol, li l-membri ta’ din l-għaqda, ilhom jaħdmu u jtellgħu għal dawn l-aħħar tiet snin, fejn kull sena jsiru modifikazzjonijiet fis-sistema biex dejjem tkun aħjar mis-snin ta’ qabel, kif ukoll biex ikunu jistgħu jippreżentaw shows iktar professjonali minn ta’ snin passati.
Il-membri tal-kumitat ħadu ħsieb ukoll li jarmaw presepju b’personaġġi “life size” u varjetà ta’ presepji żgħar li huma għall-wiri kuljum bejn il-5:00 u d-9:00 ta filgħaxija fil-maħzen tal-każin li jinsab viċin il-pjazza prinċipali.
//= $special ?>