Matul il-messaġġ tal-Milied, il-President ta’ Malta, George Vella appella għall-paċi u l-istabbiltà madwar id-dinja kollha minflok il-ġlied ma jaqta’ xejn li ilna naraw għal xhur sħaħ.
Il-President qal kif ħadd qatt m’emmen li l-Ewropa se tintlaqat minn gwerra ħarxa, b’mod speċjali meta wieħed jara l-aggressjoni tal-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija. Hu saħaq li d-dinja għandha tieħu lezzjoni minnhom li l-aggressjoni, u l-invażjoni ma fadlilhomx post fid-dinja tal-lum.
“Żgur li b’xi ġest ta’ mħabba, żgħir kemm hu żgħir, it-tbatija tagħkom tittaffa,” qal George Vella.
George Vella kompla li l-Ukrajna qed tiġi mċaħda mill-prinċipji fundamentali li fuqhom hija msejsa dinja ċivilizzata.
Hekk kif Malta ser tieħu postha fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda proprju ftit tal-ġranet oħra, il-President qal li qed jittamma li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-gwerra, u kunflitti oħrajn, li qed joħonqu l-paċi u l-istabbiltà.
//= $special ?>