Fil-messaġġ tagħha fil-jum tal-Milied li ġie mtella’ fuq Twitter, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola appellat lill-Ewropa kollha sabiex nuru solidarjetà mal-poplu Ukren. Dan fid-dawl tal-invazjoni li qed tissokta, u l-attakki Russi illi ħallew bosta vittmi u nies mingħajr provvista ta’ dawl u ilma.
Filfatt fl-aħħar ħin jidher li l-aħħar attakk fil-belt ta’ Kherson ħalla aktar minn 10 persuni mejta, iżda mhux biss. Roberta Metsola appellat ukoll sabiex nuru solidarjetà ma’ dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, dawk li jinsabu waħedhom, dawk li huma minsija u dawk injorati.
Fl-appell tagħha fil-jum tal-Miled, Roberta Metsola talbet lill-Ewropa kollha sabiex ningħaqdu fil-valuri Ewropej u nuru solidarjetà ma’ dawk li qed jiġġieldu l-battalja kontinwa fl-Ukrajna, mal-priġunieri fil-Belarus, u ma’ dawk li jinsabu fit-toroq fl-Iran.
//= $special ?>