Fil-ewwel messaġġ tiegħu għall-Milied, ir-Re Karlu rrifletta dwar il-kriżi tal-għoli tal-ħajja li qed taffetwa lil diversi pajjiżi.
Waqt id-diskors tiegħu itwerew ritratti ta’ food banks jagħtu l-għajnuna tagħhom lil dawk il-persuni bla saqaf fuq rashom.
Huwa wera l-apprezzament tiegħu lil dawk il-voluntiera u persuni kollha li b’xi mod għinu jew taw id-donazzjonijiet tagħhom biex jagħtu xi ħaġa żgħira lil dawk l-iktar fil-bżonn matul dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Ir-Re Karlu faħħar ukoll ix-xogħol siewi ta’ ħaddiema fis-servizz tal-emerġenza li anke matul dawn iż-żminijiet baqgħu jaħdmu bla qatigħ.
//= $special ?>