Miljuni ta’ Amerikani qed ikollhom isegwu diversi twissijiet hekk kif il-kontinent qed jintlaqgħat minn ċiklun qawwi ta’ borra, irjieħat qawwija u temperaturi baxxi ħafna.
Kawża ta’ dan it-temp, mill-inqas 21 persuna tilfu ħajjithom hekk kif it-temperaturi qed jinżlu sa -45°C. Dan filwaqt li numru ta’ djar se jkollhom iqattgħu l-Milied mingħajr elettriku minħabba ħsarat li ċ-ċiklun ikkawża.
Eluf ta’ titjiriet tħassru matul l-aħħar jiem u ġimgħat hekk kif għamlitha impossibli li l-ajruplani jitilqu jew jinżlu mill-ajruporti. Dan filwaqt li numru ta’ persuni tilfu ħajjitha kawża ta’ inċidenti fit-toroq.
//= $special ?>