Lokali

Numru ta’ sewwieqa jinqabdu jiksru diversi regolamenti tat-traffiku

Matul il-lejl li għadda, numru ta’ persuni nqabdu jiksru diversi regolamenti relatati mas-sewqan fit-toroq Maltin u Għawdxin.

Fi spezzjonijiet li saru twaqqfu madwar 560 vettura, fejn saru spezzjonijiet dwar regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr polza tal-assigurazzjoni, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol u vetturi bit-tinted glass, fost diversi ksur ta’ regolamenti oħra.