Coronavirus Lokali Saħħa

6 każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 6 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 10 persuni oħra.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 813.

Bħalissa f’pajjiżna għandna 271 każ attiv.