Internazzjonali

FL-AMERKA TA’ FUQ: ‘Il fuq minn 50 persuna jmutu bil-kesħa

‘Il fuq minn 50 persuna mietu fil-kesħa qalila li qed tolqot diversi bnadi tal-Istati Uniti u l-Kanada. Fl-aħħar sigħat 4 persuni mietu fil-Kanada, fl-istat ta’ British Columbia wara li xarabank inqalbet fuq is-silġ.

L-awtoritajiet qed jgħidu li l-iktar belt li ntlaqtet kienet Buffalo fl-istat ta’ New York.

L-uffiċċji meterjoloġiċi qed jgħidu li l-ammont ta’ borra, silġ u kesħa mistenni jonqos fil-jiem li ġejjin, iżda għalissa l-parir hu li jevitaw li joħorġu jivvjaġġaw. Bejn il-Milied u San Stiefnu l-provvista tal-elettriku bdiet tirritorna f’numru ta’ stati, bl-ammont ta’ djar bla provvista naqas drastikament għal 100,000 dar minn kważi 2 miljuni.

Eluf ta’ titjiriet ġew ikkanċellati u b’kawża t’hekk ħafna nies ma setgħux jingħaqda mal-familji tagħhom għal jum il-Milied.