Kien fis-26 ta’ Dicembru tal-1984 meta persuna jew persuni poġġew bomba taħt it-tarag tal-każin tal-Partit Nazzjonalista f’San Ġiljan.
Pawlu Cremona, li dakinhar kien preżenti fil-każin u b’xorti tajba nduna bil-bomba, b’kuraġġ kbir kien rema l-bomba fuq il-blat. U hemmhekk sussegwentament, splodiet.
38 sena ilu numru ta’ ħajjiet ġew salvati grazzi għall-qlubija u l-kuraġġ ta’ Pawlu Cremona; att deskritt minn bosta bħala wieħed erojku li ċertament li kieku ma kienx għalih il-konsegwenzi kienu jkunu traġiċi.
Is-sitwazzjoni f’pajjiżna f’dak iż-żmien kienet waħda turbolenti ħafna, u sfortunatament, minflok il-Pulizija wettqu xogħolhom u fittxew lill-id wara t-tqiegħid ta’ din il-bomba, investigaw lill-istess Cremona li ħeles minnha – wirja oħra li l-istituzzjonijiet ma kienux fil-libertà li jaħdmu b’mod indipendenti u minflok il-Korp kien jinsab taħt il-kontroll tal-Gvern Laburista ta’ dak iż-żmien.
//= $special ?>