Lokali

Il-katavru li nstab f’Paradise Bay għadu mhux identifikat

Hekk kif għaddew sitt ijiem minn mindu nstab il-katavru ta’ persuna fil-bajja ta’ Paradise Bay, sa issa għadha ma ġietx identifikata l-identità tal-vittma.

Din l-informazzjoni kienet konfermata mill-Pulizija wara li dan l-istazzjon staqtsa jekk ġietx identifikata l-identità tal-persuna u x’ikkawża l-mewt tal-vittma.

Il-pulizija qalet lil Net News li sa issa għadha għaddejja inkjesta Maġisterjali, bl-investigazzjoni dwar x’ikkawża l-mewt għadha għaddejja.

It-Tlieta li għadda l-Pulizija ġiet infurmata li kien instab katavru fil-Bajja ta’ Għajn Tuta, bil-katavru jinstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni u mill-informazzjoni li ħarġet intqal li l-persuna kienet liebsa shorts aħmar. 

Fl-aħħar 3 xhur f’pajjiżna instabu 3 katavri fil-baħar, fejn apparti din is-sejba fiċ-Ċirkewwa, instabu wkoll żewġ katavri fis-27 ta’ Ottubru, b’wieħed minnhom jinstab f’Għawdex u l-ieħor jinstab fiz-zona ta’ Hurds Bank.