Wara nuqqas ta’ sentejn, fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali l-appuntament annwali għat-Tournament Kwadrangolari li għaliħ ippartecipaw timijiet mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, membri tal-Malta Football Coaches Association , membri tal-Malta Football Referees Association kif ukoll tim tal-istaff tekniku tal-MFA.
L-edizzjoni ta’ din is-sena intrebħet mill-Malta Football Coaches Association li għelbu lil MFA 5–0 lil ġurnalisti 7–1 u lir-referees 6–2 .
Fit-tieni post spiccaw it-tim tal-MFA wara li rebħu lir-referees 3 0 u lil ġurnalisti 3–1 filwaqt li l-konfront bejn l-Ghaqda Ġurnalisti Sports u l-Malta Football Referees Association intemm fi draw ta’ 1–1
Attenda wkoll il-President ta’ Malta George Vella li rringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f’dan it-Tournament Kwadrangolari li jaf il-bidu tiegħu fl-2010 filwaqt li f’isem l-Istrina u l-Malta Community Chest Fund wera l-apprezzament tiegħu għall-għotjiet miġbura.
Preżenti wkoll uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport immexxijja mill-president Sandro Micallef kif ukoll il-Ministru għall-isport Clifton Grima u Graham Bencini kelliem għall-isport għal Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>