Is-somma ta’ €35,400 inġabret permezz tal–Istrina BOV Piggy Bank Campaign, grazzi għad-donazzjonijiet mgħotija mit-tfal tal-iskejjel tal-primarja u sekondarja ġewwa Malta u Għawdex li ġew ppreżentati waqt ix-xandira diretta ta’ L-Istrina. Din hija t-tielet sena konsekuttiva fejn intużaw piggy banks magħmula minn kartun riċiklabbli sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet favur l-interess ta l-ambjent Malti.
Il-Kap Eekuttiv tal-Bank of Valletta Kenneth Farrugia, akkumpanjat miċ-Chief Risk Officer Miguel Borg, u l-Kap tad-Dipartiment tas-CSR Department Charles Azzopardi preżentaw donazzjoni ta’ €200,000 lill-Istrina f’isem il-Bank of Valletta.
Farrugia faħħar lill-pubbliku Malti ta’ l-altruwiżmu u solidarjeta li juri waqt kull edizzjoni tal L-Istrina. Kif ukoll, huwa fakkar lill-pubbliku li l-Malta Community Chest Fund ttiġi bżonn għajnuna finanzjarja matul is-sena kollha u ħeġġiġhom biex ikomplu jinkontribwixxu favur l-għan nobbli tal-MCCF aktar sikwit. Is-Sur Miguel Borg irrefera ghall-Istrina BOV Piggy Bank Campaign billi wera gratitudni lejn dawk it-tfal kollha li kkontribixxew b’donazzjoni biex jgħinu lil min hu fil bżonn f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Huwa rrikonoxxa li l-isbaħ rigal li jista jingħata waqt żmien il-Milied huwa dak li tgħin lil ħaddieħor mingħajr ma’ tistenna xejn lura. Biex jikkonkludi, s-Sur Charles Azzopardi wera l-apprezzament tiegħu lejn il-voluntiera kollha kif ukoll għax-xogħol siewi tal-Malta Community Chest Fund, li bis-saħħa tagħhom sena wara sena tittella’ L-Istrina b’suċċess.
Mindu tnediet l-Istrina BOV Piggy Bank Campaign fl-2004, il-Bank of Valletta ppreżenta l’fuq minn €2.8 milljun lill-Istrina li jinkludu d-donazzjonijiet miġbura mit-tfal ta’ l-iskejjel u donazzjonijiet mgħotija mill-Bank.
//= $special ?>