Lokali

Anzjana tweġġa gravi f’inċident fix-Xagħra

Mara ta’ 68 sena residenti x-Xagħra, weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku f’Ghawdex.

Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident li seħħ it-Tnejn fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra għall-ħabta tat-3 ta’ wara nofsinhar. 

Il-mara kienet qed issuq karozza tat-tip Mazda Demio meta tilfet il-kontroll u ħabtet ma’ roundabout. 

Hija ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u mbagħad ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.