Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Van der Poel jirbaħ f’Gavere

Wara li l-Belġjan Wout Van Aert ta’ Jumbo Visma rebaħ il-Mol cyclo cross qabel il-waqfa tal-Milied, ir-risposta waslet il-bieraħ mill-Olandiż Mathieu Van der Poel ta’ Alpecin Deceuninck illi rebaħ f’Gavere.

F’kundizzjonijiet ta’ ċirkwit pjuttost diffiċli , Van der Poel rebaħ fuq Van Aert li daħal b’distakk ta’ 27 sekonda fuq il-Britanniku Tom Pidock ta’ Ineos Granadiers. L-ewwel tlieta daħlu b’vantaġġ ta’ minuta fuq il-bqija tal-grupp.

It-Tazza tad-Dinja cyclo-cross tkompli sa Frar 2023 bħala alternattiva għax-xhur tax-xitwa meta ma jkunx possibbli li jkunu organizzati tlielaq u kompetizzjoniet fit-triq.