Il-familja tagħna tinsab mkissra – għad hemm ħafna domandi mhux imwieġba.
Min kien il-project Manager tal-binja li krollat f’Kordin? Min kienu l-bennejja? Min huwa responsabbli?
Liem familja jmissha tieħu d-daqqa?
Hekk stqarrew il-qraba ta’ Jean Paul Sofia, iż-żagħugħ ta’ 20 sena li fi 3 ta’ Diċembru tilef ħajtu traġikament wara li ġġarfet binja li kienet qiegħda taħt kostruzzjoni..f’Kordin. Biz-ziju taghha jikteb dawn il-mistoqsijiet kollha f’post fuq il-media socjali…fejn temm il-kitba tieghu billi stqarr: “Inħobbuk, u nimmisjawk wisq Jean Paul.”
Isabelle Bonnici, omm il-vittma, tkelmet mas-sit LovinMalta fejn saħqet li ma jistax ikun li binha tilef ħajtu għalxejn. U saħqet li se tkun qed tagħmel minn kollox sabiex issir ġustizzja.
Dan wara li l-każ inżamm f’segretezza assoluta, u ħadd ma jaf fhiex waslet l-inkjesta.
Bl-istess mod, ħadd għadu ma tressaq il-Qorti.
Jean Paul Sofia kien instab bla ħajja 15-il siegħa wara li l-binja ġġarfet ftit tal-minuti wara li ż-żagħżugħ daħal fiha waqt li kien intbgħat fuq xogħol fil-post..minkejja li huwa ma kienx jaħdem fil-kostruzzjoni iżda bħala technician tal-air conditioners.
Mat-Times of Malta, Isabelle Bonnici saħqet li għadha s’issa ma tafx għalfejn ta’ fuqu batu fil-post dakinhar filgħodu.
Fost dawk li kienu involuti fil-proġett ta’ din il-binja hemm Kurt Buhagiar, persuna qrib ħafna tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Artijiet, hekk kif l-art tal-Gvern kienet qed tinkera lilu. Dan filwaqt li l-perit tal-proġett hija Adriana Zammit, li taħdem ma’ Infrastructure Malta proprju bħala perit.
S’issa il-Pulizija għadha ma resqet ebda akkużi formali b’rabta ma’ dan il-każ, filwaqt li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadha ma għamlet l-ebda dikjarazzjoni uffiċjali.
//= $special ?>