Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Jingħata bidu għar-Rolex Sydney Hobart Yacht Race 2022

Il-bidu mill-Port ta ‘Sydney beda fit-tramuntana sal-grigal ta’ bejn 10 u 15-il knot, f’temp xemxi li kien ideali għall-flotta ta’ 109 yacht fit-traġitt tagħhom ta’ 628 mil nawtiku, it-tellieqa bejn l-erba’ maxi yachts ewlenin kienet affettwata sa mill-bidu.

Tlieta mill-maxi yachts ħadu l-kanal tal-punent fuq Sydney Harbour – Andoo Comanche, Black Jack u LawConnect ; filwaqt li Hamilton Island Wild Oats immedjatament fetħet għan-naħa tal-Lvant.
Minn hemm, il-flotta regolarment bdiet ir-rotta lejn Hobart.

Fost l-azzjoni li rat ukoll lid-dgħajjes ta’ daqs medju u żgħir jagħmlu l-aħjar tagħhom, dehra li spikkat kienet dik ta’ Andoo Comanche bi skipper John Winning Jr li wettaq dawra ta’ penali ta’ 720 grad minħabba protesta possibbli kontrihom.
Hamilton Island Wild Oats , ta’ Mark Richards, ħadet ukoll dawra ta’ penalita’ minkejja li ma kinux jafu jekk kienx meħtieġ jew le – eżempju li fl-2017 ksur tar-regola swiethom Line Honors u r-rekord tat-tellieqa lil LDV Comanche .

Irtirar ta’ Hick 40 Avalanche fejn l-erba’ maxi yachts tant kienu qrib xulxin fejn wieħed seta jinnota xi bnadar ħomor ta’ protesta. L-unur tal-ewwel yacht barra Sydney mar għand LawConnect , qabel Hamilton Island Wild Oats. Black Jack , 80 Stefan Racing, 72 URM Group , Andoo Comanche u Moneypenny kienu warajhom f’dik l-ordni.
It-tellieqa klassika minn Sydney sa Hobart tintemm nhar is-Sibt 31 ta’ Dicembru.