Lokali

Il-Pulizija b’appell mill-ġdid dwar messaġġi qarrieqa

Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku għall-attenzjoni fir-rigward ta’ scams li qed jintbagħtu permezz ta’ email.

Dawn l-emails qarrieqa qed jintbagħtu f’isem il-Korp tal-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjonijiet u/jew każijiet il-Qorti, u jitolbu li jsir kuntatt fuq indirizz elettroniku falz (ezempju: policija1a@gmail.com). Dawn l-emails m’huma xejn ħlief scams.

Wieħed qed ikun imħeġġeġ biex dawn il-messaġġi jiġu injorati u mħassra mmedjatament.