Internazzjonali

Jinqabdu għal jumejn sħaħ fil-karozzi tagħhom midfuna f’23cm ta’ borra

Diversi persuni spiċċaw inqabdu għal iktar minn jumejn fil-karozzi tagħhom hekk kif dawn spiċċaw midfuna f’madwar 23 ċentimetru ta’ borra li ksiet partijiet mill-Amerika.

S’issa, mill-inqas 28 persuna mietu kawża ta’ dan il-maltemp qawwi li qed jolqot il-kontinent. Fil-maġġoranza tal-persuni li tilfu ħajjithom kien kawża ta’ problemi fil-qalb minħabba l-kesħa tremenda.

Il-President Amerikan, Joe Biden iddikjara din is-sitwazzjoni bħala waħda ta’ emerġenza.